|
Il-Fontana li hija subborg tar-Rabat, hi minnha nnifisha stess
subborg taċ-Ċitadella, żviluppat f’raħal għalih. Dan ir-raħal
jinsab bejn il-Belt storika tal-gżira u l-bajja pittoreska tax-Xlendi.
In-nies bdew jabitaw f’dan l-post għaliex ġew attratti minn diversi
għejun ta’ ilma ġieri li wieħed isib f’dawk l-inħawi.
Lir-raħal tal-Fontana n-nies t’Għawdex isibuh wkoll bħala “t-Triq
tal-Għajn”. It-Triq għall-Għajn ħadet l-isem minn Għajn sabiħa li hemm
fit-tarf tat-triq prinċipali tar-raħal li hi magħrufa bħala L-Għajn
il-Kbira, l-Għajn prinċipali. It-tliet widien li jingħaqdu ħdejn
din l-Għajn huma: Wied il-Lunzjata, Wied Siekel u Wied
tas-Saqwi. In-nies tal-Fontana huma magħrufa bħala l-Fontanin imma
din il-kelma rari tintuża.
|