Arma tal-Fontana Daħla għal xi għelieqi
WWW.FONTANA.GOV.MT

Dwar il-Fontana [2/10]

 
Passaġġ minn taħt siġra tal-ħarrub f'Wied Siekel
Wied Siekel

L-arma tal-Fontana tikkonsisti f’funtana rrapreżentata b’faxxi ta’ kulur blu u abjad li jalternaw lil xulxin fl-linji orizontali fuq bażi safra.  Sal-1993 l-emblema kienet tikkonsisti fi tliet arkati  li darba kienu fuq għajn magħrufa bħala l-Għajn tal-Loġoġ – bl-ilma nieżel gelgul minn taħt l-arka tan-nofs, taħt sema blu.  Qalb ħamra fuq sfond tad-deheb tirreferi għad-dedikazzjoni tal-paroċċa.

Il-motto Latin tar-raħal hu “Inundatione Ferax”, Għammiela għax bl-ilma ġieri.  Dan il-motto jaqbel perfettament mar-raħal għaliex l-għelieqi fit-truf tar-raħal huma fertili minħabba l-għejun li jinsabu fil-viċinanzi.


<< Paġna Ta' Qabel Paġna Li Jmiss >>
Paġna Prinċipali | Aħbarjiet | Storja tal-Kunsill | Dwar il-Fontana | Aġenda / Minuti | Ritratti | Ikkuntatjana
www.gov.mt Logo MITTS logo
www.lca.org.mt
38.107.191.107