Arma tal-Fontana Daħla għal xi għelieqi
WWW.FONTANA.GOV.MT

Dwar il-Fontana [3/10]

 
Passaġġ minn taħt siġra tal-ħarrub f'Wied Siekel
Wied Siekel
L-ewwel djar tal-Fontana ġew mibnija madwar l-Għajn il-Kbira, l-Għajn prinċipali. Dan il-bini huwa magħruf bħala Wied Siekel fuq naħa u Għajn Tuta fuq l-oħra. Probabilment l-isem Wied Siekel gej minn “Scicli”, raħal fi Sqallija. Familja minn Scicli li probabilment kienu Għawdxin li ġew lura lejn darhom, bdew joqogħdu ħdejn l-Għajn. Din il-familja kienet magħrufa bħala “Ta’ Scicli”. L-isem Għajn Tuta ġej minn siġar tat-tut li kienu jinsabu fil-viċinanzi ta’ l-istess Għajn.
Wara bdew jiġu abitati l-inħawi Ta’ Mulejja. L-isem ġej minn forma mimmata Għarbija walijun, prottetur, u għalhekk mula, is-sid tal-art u eventwalment l-inħawi bdew jissejħu ta’ Mulejja, isem li illum riservat għal Alla.

L-inħawi bejn ta’ Mulejja u Santa Dminka fir-Rabat huma magħrufa bħala ta’ l-Isptar San Ġiljan. Dan l-isptar għan-nisa li ġie miftuh fit-3 ta’ Mejju 1783 u fl-1866 sar, fis-Seminarju ta’ Għawdex. Qabel dan iż-żmien, din is-sezzjoni tal-Fontana kienet magħrufa wkoll bħala Santa Dminka. Wara li dawn l-inħawi ġew mibnija, djar oħra bdew jinbnew fit-Triq tal-Għajn.

Ir-raħal ma ġiex żviluppat qabel nofs is-seklu 20 meta ġiet miftuħa t- Triq il-Ġdida biex tgħaqqad it-Triq tal-Għajn mat-triq Santa Dminka. Fl-1950s din ġiet imsemmija “Triq il-Kapillan Ġużepp Hili”, l-ewwel kapillan ta’ din il-lokalita`. Żvilupp ieħor sar fl-1970s fl-inħawi illum magħrufa bħala Triq il-Qalb ta’ Ġesu`, din ġiet miftuħa bejn n-naħa ta’ fuq ta’ Triq il-Għajn u qrib “Fuq it-Tomba”, u l-inħawi Ta’ Wara Santu Wistin. L-isem huwa ddedikat għall-patrun ta’ din il-knisja. Fl-1980s parti kbira mit-triq Santa Dminka ġiet mibnija u erba’ toroq ġodda ġew magħquda mar-raħal: Triq San Martin, wara li ġiet iddedikata lill-kapella li kien hemm fl-inħawi, Triq il-Kardinal Alessandro Franchi, Triq il-Gvernatur Sir Gaspard Le Marchant u Triq l-Isqof Mikiel Frangisk Buttigieg fl-inħawi magħrufa bħala “Tas-Saqwi”. Dawn it-tliet gentlomi, kellhom sehem importanti fit-twaqqif tad-djoċesi ta’ Għawdex. Żewg toroq oħra ġew miftuħa fl-istess għaxar snin: l-ewwel, bejn l-Isptar San Ġiljan u t-triq tal-Għajn magħrufa bħala triq is-Sajjieda msemmija għas-sajjieda tal-Fontana; u t-tieni triq Ta’ Mulejja fl-inħawi tal-knisja parrokjali.


<< Paġna Ta' Qabel Paġna Li Jmiss >>
Paġna Prinċipali | Aħbarjiet | Storja tal-Kunsill | Dwar il-Fontana | Aġenda / Minuti | Ritratti | Ikkuntatjana
www.gov.mt Logo MITTS logo
www.lca.org.mt
38.107.191.109