|
DRITTIJIET
Inti tikkonferma u taqbel li l-kontenut kollu tad an is-sit huwa protett
bil-liġi tad-drittijiet tal-awtur. Per eżempju, il-Kunsill Lokali
tal-Fontana għandu id-drittijiet fuq l-għażla, l-organizzazzjoni,
arranġament u miljorament tal-kontenut, kif ukoll il-kontenut oriġinaloi
minnu nnifsu. Terzi persuni li għandhom kontenut jidher f’dan is-sit
għandhom id-drittijiet fuq dak il-kontenut.
UŻU TA’ DAN IS-SIT
Is-sit u l-kontenut tiegħu huma provduti lilek għal użu ta’
informazzjoni biss u jista jintuża biss għal raġunijiet li huma konformi
mal-liġi. Meta tuża dan is-sit inti taqbel li m’għandekx tikkopja,
tippublika, tniżżel, titrażmetti, timmodifika, tikri, issellef, tbigħ,
tiddistribwixxi, tadatta jew tikreja xogħol ibbażat fuq is-sit jew
il-kontenut tiegħu, ħlief kif inhu espliċitament awtorizzat
hawnhekk.Taqbel ukoll li m’għandekx taħzen, tipproduċi, turi
publikament, twettaq pubblikament, tiddistribwixxi, tippubblika,
ixxandar jew inkella tagħmel disponibbli dan il-kontenut, kemm
elettronikament jew b ‘għamla oħra, u kemm għal skopijiet kummerċjali
jew skopijiet oħra jekk mhux għal bżonnijiet personali tiegħek, ħlief
jekk ikunx approvat bil-miktub mill-Kunsill Lokali tal-Fontana. Kull
porzjon li hemm fid-direttorju li huwa mniżżel jew inkella irripproduċat
minn dan is-sit jista’ biss jiġi miżmum għal żmien temporanju. Hu
projbit li tiġbor informazzjoni sistematika jew kontenut ieħor minn dan
id-direttorju jew użu ta’ tip ta’ informazzjoni oħra u kontenut iehor,
direttament jew indirettament, biex toħloq jew tiġbor tagħrif ta’
kollezzjoni, bażi ta’ tagħrif jew direttorju mingħajr permess bil-miktub
mingħand il-Kunsill Lokali tal-Fontana. Trid taqbel ukoll li ma tużax ‘data
mining’, ‘robots’, jew informazzjoni miġbura u b’metodi ta’
estrazzjoni simili f’konnessjoni ma’ dan is-sit.
Ma tistax tibgħat jew titrażmetti permezz ta’ komunitajiet oħra,
ittella jew tniżżel xi kontenut minn partijiet ta’ dan is-sit li
jistgħu:
• jiksru jew jikkalpestaw b’xi mod fuq id-drittijiet ta’ ħaddieħor,
inkluż drittijiet bla limitazzjoni,
• ikunu illegali, minaċċjanti, abbużivi, ta’ malafama, invażjoni ta’
drittijiet privati jew pubbliċi, vulgari,oxxeni, maħmuġin jew inkella
ikkundannati,
• jinkuraġġixxu mġieba li tista' titqies bħala offiża kriminali,
• jagħtu żieda ta’ responsabilita ċivili
• inkella jiksru xi liġi.
Inti responsabbli li tiddeċiedi jekk tibgħatx jew titrażmetti xi
kontenut partikulari li jiksru dawn il-liġijiet provduti. Inti trid tkun
unikament responsabbli għal danni li jirriżultaw minn xi ksur ta’
liġijiet jew drittijiet propjetarji, jew xi ħsara oħra li tirriżulta
minn xi kontenut li tkun tellajt, bagħat jew aċċettajt. Inti ukoll
tista’ ma tkunx obbligat għal ebda kondotta li, skond il-Kunsill Lokali
tal-Fontana, tillimita jew tostakola lil xi ħaddieħor li jkollu l-pjaċir
jagħmel użu minn dan is-sit.
F’ċerti partijiet ta’ dan is-sit, bħal “ikkuntatjana”, jeħtieġ li
tibgħatilna l-informzzjoni tiegħek. Inti taċċetta li tipprovdi biss
informazzjoni eżatta u kompleta. Inti ma tistax tuża isem li
jippersonifika persuna oħra jew entita’, li jikser id-drittijiet
intellettwali ta’ xi persuna oħra jew entita’, jew li l-Kunsill Locali
tal-Fontana jaħseb li hu offensiv.
|