7 ta’ Mejju 2010 Saret laqgħa fl-uffiċċju tal-Kunsill ma Profs Memmo dwar “Għawdex Gzira Ekoloġika”. Attendew is-Sindku u s-Segretarju Eżekuttiv.
Sar ukoll fil-ġranet li għaddew diversi laqgħat mis-Sindku u l-Kunsillier Horace Micallef dwar il-Festival tal-Logħob tan-Nar li hu propost li jsir fit-2 t’Ottubru 2010.
|
29 t’April 2010 Waqt il-laqgħa tal-Kunsill Lokali ngħataw l-offerti għal-sistema ġdida tad-dawl fi Triq l-Isptar San Ġiljan permess ta 13 il-fanal dekorattiv li huma energy friendly u energy saving. Ngħatat ukoll l-offerti ghal-sistema ta’ enerġija nadifa photovoltaic għall-ewwel fażi taċ-Ċentru Ċiviku.
Ngħataw wkoll il-kwotazzjonijiet tal-Insurance tal-Kunsill u l-propjeta tiegħu, kif ukoll għar-restawr tal-Għajn ta’ Bendu.
|
27 t’April 2010 Is-Sindku attenda għal-laqgħa tal-Bord tal-MEPA fejn sari l-ħruġ tal-permess għar-restawr u bini ta’ replica tal-Għajn tal-Loġoġ fi Pjazza l-Għejjun. |
21 t’April 2010 Is-Sindku attenda għal seduta oħra tal-Qorti fejn ta x-xhieda tiegħu, bħala xhud tad-Dipartiment tal-Artijiet, fil-kawża li qed jagħmel is-Sur Anthony Cassar lid-Dipartiment tal-Artijiet dwar l-iżgumbrament tal-fond 189, 190 fi Triq il-Għajn, fejn hu propost li jinbena l-uffiċċju tal-Kunsill. |
14 t’April 2010 Sari l-kejl minn ħaddiema tad-Dipartiment tal-Artijiet, tal-Ghajn u xelter fl-inħawi
ta’ Pjaza l-Għejjun li l-Kunsill qiegħed jitlob id-devoluzzjoni tagħhom, kif ukoll tal-fond 191 fi Triq il-Għajn li hu parti mill-proġett
tat-tieni fażi taċ-Ċentru Ċiviku. Ġejna wkoll nfurmati mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali li l-applikazzjoni tal-Kunsill ġiet shortlisted
biex jingħata fondi speċjali għal-lokalitajiet żgħar biex tibda tinbena t-tieni fażi taċ-Ċentru Ċiviku, u għal passaġġ bil-ġebel tal-qawwi
f’Tarf Triq Għajn Tuta li twassal sa Wied il-Lunzjata.
Saret laqgħa mas-Sur Charlie Zammit, Cultural Organiser, dwar il-Fontana Fireworks Festival. Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti is-Sindku,
il-Kunsillier Horace Micallef u s-Segretarju Eżekuttiv. Ġew diskussi diversi attivitajiet li jistgħu jiġu mtellgħa għal dan il-Festival.
Is-Sindku u l-Kunsillier Horace Micallef kellhom ukoll kuntatti ma rappreżentanti taż-żewġ kmamar tan-nar tal-Fontana u s-Sur Joseph
Galea mid-dilettanti li jieħdu sehem fil-Festa.
|
11 t’April 2010 Saret ħarġa soċjo-kulturali għar-residenti tal-Fontana f’Malta. Bdejna ż-żjara fl-inħawi tal-Kappella ta’ Binġemma fl-Imġarr, wara morna għall-Festa Frawli fl-istess lokalita. Għall-ħabta ta’ nofsinhar żorna l-Imdina għall-Festival Medjevali. Attendew 70 persuna, fosthom is-Sindku, il-Kunsilliera Victor Cefai u Horace Micallef u s-Segretarju Eżekuttiv. Għaż-żjara ta’ Binġemma u l-Imġarr attenda wkoll il-Viċi Sindku. |
8 t’April 2010 Is-Sindku attenda laqgħa dwar ir-riforma tal-Local Enforcement System. Din saret fil-Kunsill Lokali Rabat (Għawdex) u ġiet indirizzata mill-Onor Chris Said Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali. |
7, 8, u 9 ta’ April 2010 Is-Segretarju Eżekuttiv attenda għal kors fuq tlett ijiem għas-Segretarji Eżekuttivi ġodda, gewwa l-University Residenċe, Lija. Fost is-suggetti li gew diskussi kien hemm: L-Att dwar il-Kunsilli Lokali, Ir-Rwol ta Membru tal-Kunsill, Ir-Rwol ta Segretarju Ezekuttiv, Ir-Rwol tal-Assoċċazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Ir-Rwol tal-Assoċċazzjoni tas-Segretarji tal-Kunsilli Lokali, u Customer Care. |
6 t’April 2010 Saret l-applikazzjoni lid-Dipartiment tal-Gvern Lokali skond Memo 45 dwar Public Private Partnership dwar resurfacing ta’ toroq. Il-Kunsill applika biex isiru Triq l-Isptar San Ġiljan u parti minn Triq il-Għajn bejn Pjazza Santu Wistin u Triq il-Kappillan Ġużepp Hili. |
30 ta’ Marzu 2010 Is-Sindku attenda għal-laqgħa dwar in-Notte Gozitana li saret fil-Kunsill Lokali Rabat (Għawdex). Din ġiet indirizzata mis-Sur Kevin Sciberras, uffiċjal inkarigat mill-kultura fil-Ministeru għal Għawdex. Il-Kunsilli ġew mistiedna jtellgħu stand dwar il-lokalita tagħhom fi Triq ir-Repubblika, is-Sibt 15 ta’ Mejju 2010. |
24 ta’ Marzu 2010 Is-Sindku attenda laqgħa għas-Sindki Għawdxin li saret dwar il-Kunsilli Lokali taż-żgħażagħ li saret minn rappreżentanti tas-Segretarjat Parlamentari taż-Żgħażagħ u Sport.
Is-Segretarju Eżekuttiv attenda Seminar għas-Segretarji Eżekuttivi ta’ Malta u Għawdex ġewwa l-Universita’ l-Qadima, Belt Valletta. It-tema ta’ dan is-Seminar kien il-ħatra tas-Segretarji Eżekuttivi bħala Uffiċċjali Pubbliċi.
|
20 ta’ Marzu 2010 Ġie mtellgħa b’suċċess il-kuncert Hora Gloraie mill-kor Schola Cantorum Jubilate fil-knisja parrokjali tal-Fontana li ġie organizzat bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali u l-parroċċa. Dan sar fl-okkażżjoni tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. |
18 ta’ Marzu 2010 Is-Sindku u s-Segretarju Eżekuttiv attendew għaċ-ċerimonja tal-prezentazzjoni tal-Kuntratti għall-attivita sportiva li ser tiġi organizzata mill-Kunsill fix-Xlendi. Din saret fl-iskola Primarja ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi. L-attivita kienet ippreseduta mis-Segretarju Parlamentari Dr. Chris Said li hu responsabbli mill-Kunsilli Lokali u s-Segretarju Parlamentari Clyde Puli li hu responsabbli mill-Isports. |
15 ta’ Marzu 2010 Is-Sindku u s-Segretarju Eżekuttiv kellhom laqgħa mas-Sur Aldo Formosa, uffiċjal responsabbli mill-MUESAC f’Għawdex, dwar x’servizzi qed jiġu offruti lill-Kunsilli Lokali. |
5 ta’ Marzu 2010 Is-Sindku attenda għal-laqgħa tas-Sindki Għawdxin fil-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria fejn ġew diskussi l-iskemi tal-iskart separat, il-kuntratt tal-Bring in Sites u Seminar Covenant tas-Sindki Għawdxin. |
26 u 27 ta’ Frar 2010 Il-Viċi Sindku attenda għal-laqgħa tas-Sindki u l-Viċi Sindki organizzata mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fil-Lukanda Radisson, San Giljan. |
26 ta’ Frar 2010 Saret is-seduta tal-Qorti dwar il-mandat ta’ inibizzjoni u l-Qorti ser tagħti
digriet dwar min ser iħallas l-ispejjez.
Il-Kunsill issottometta l-applikazzjoni taħt Memo 27/2010, skema maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, rigward żewġ proġetti speċjali
f’lokalitajiet zgħar. |
24 ta’ Frar 2010 Saret laqgħa fl-Uffiċċju tad-Direttur tal-Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għall-Għawdex dwar ix-xogħol ta’ culvert ħdejn il-Belvedere ta’ Mulejja. Attendew id-Direttur, is-Sur Joseph Portelli, u l-Perit Angelo Portelli flimkien mas-Sindku, Viċi Sindku, l-Kunsillier Lorry Apap u s-Segretarju Eżekuttiv. |
23 ta’ Frar 2010 Saret is-seduta tal-Qorti dwar il-Mandat ta’ Inibizzjoni dwar xogħol fil-Belvedere ta’ Triq ta’ Mulejja quddiem il-Maġistrat Paul Coppini. Instemgħet ix-xhieda tad-Direttur tal-Proġetti u Żviluppi, is-Sur Joe Portelli, u tas-Sindku tal-Kunsill Lokali Fontana, is-Sur Saviour Borg. Il-Maġistrat talab li ssir laqgħa bejn il-partijiet u aġġorna s-smiegħ għall-Ġimgħa 26 ta’ Frar 2010. |
20 ta’ Frar 2010 Sar mandat ta’ inibizzjoni fil-Qorti biex jitwaqqaf xogħol li kien qed isir fil-Belvedere ta’ Triq ta’ Mulejja biex ma ssirx iżjed ħsara f’dan il-Belvedere. |
19 ta’ Frar 2010 Sar rapport lill-Pulizija dwar ħsara li kienet qed ssir fil-Belvedere ta’ Triq ta’ Mulejja waqt xogħol li kien qiegħed isir minn kuntrattur. |
18 ta’ Frar 2010 Saret laqgħa bejn is-Sindku u s-Segretarju Eżekuttiv ma rappreżentanti tal-kor ‘Schola Cantorum Jubilate’ dwar il-kunċert li hu propost li jsir fil-knisja parrokjali nhar is-Sibt 20 ta’ Marzu 2010. |
17 ta’ Frar 2010 Saret l-applikazzjoni lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali dwar Memo 21/2010 għall-bini mill-ġdid tal-Għajn tal-Loġoġ fi Pjazza l-Għejjun.
Is-Sindku attenda għal-laqgħa fl-uffiċċju tal-MUESEC f’Għawdex fejn ġew imfissra diversi skemi lis-Sindki tal-Unjoni Ewropea u Italia-Malta. Din il-laqgħa ġiet indirizzata mis-Sur Aldo Formosa, Segretarju tal-MUESEC f’Għawdex u s-Segretarju Parlamentari Dr. Chris Said. |
12 ta’ Frar 2010 Ġiet ippreżentata mis-Sindku l-applikazzjoni lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali dwar Memo 7/2010, skema dwar accessibilita’ aħjar fil-lokalitajiet, biex issir bankina ġdida li tgħaqqad l-playing field mal-ewwel fażi taċ-Ċentru Ċiviku. |
9 ta’ Frar 2010 Tressqu l-proposti tal-Kunsill fil-Qorti dwar il-kawża li għamlet is-Sinjura Pawla Cassar kontra l-Kunsill Lokali dwar Road Hump fi Triq il-Għajn.
Għal servizz aktar effiċjenti fil-Kunsill ġie mixtri computer għall-użu tal-uffiċċju tal-Kunsill.
Saret ħarġa soċjo-kulturali għar-residenti tal-Fontana f’Malta fl-okkazzjoni tal-Festa ta’ San Pawl. Żorna l-knisja kolleġjata ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta. Wara kien hemm ħin liberu fil-Belt Valletta. Il-ħarġa kompliet fis-supermarket LIDL ġewwa Ħal Luqa. Minn hemm spiċċajna l-mawra tagħna ir-Rabat, Malta, fejn żorna l-Mużew Wignacourt, kif ukoll shelter u katakombi li jinsabu ġo l-istess Mużew. Attendew 37 persuna, fosthom is-Sindku, il-Kunsillier Victor Cefai u s-Segretarju Eżekuttiv. |
3 ta’ Frar 2010 Reġgħet ġiet attivata t-talba lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali biex issir id-devoluzzjoni tal-fond 191 fi Triq il-Għajn li ġie zgumbrat fit-8 ta’ Jannar 2010. Dan il-fond jagħmel parti mill-area fejn hu propost li tinbena it-tieni fazi taċ-Ċentru Ċiviku. |
28 u 29 ta’ Jannar 2010 Il-Kunsill issottometta applikazzjonijiet għal diversi skemi li nħarġu mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Dawn jikludu:
(a) Skema dwar tħawwil ta’ siġar fil-lokalita’. Il-Kunsill applika għal erbgħin siġra biex jitħawwlu fi Triq ix-Xlendi.
(b) Skema fuq toroq residenzjali. Il-Kunsill ser jieħu ħsieb li jsir patching bil-hot asphalt f’diversi toroq fil-Fontana. Barra minhekk il-Kunsill ukoll ser jieħu sehem fil-Public Private Partnership għal kisi mill-ġdid ta’ Triq l-Isptar San Ġiljan u parti minn Triq il-Għajn (minn Pjazza Sant Wistin sa Triq il-Kappillan Gużepp Hili).
(c) Skema dwar Proġetti ta’ Enerġija Alternattiva. Il-Kunsill talab għajnuna finanzjarja sabiex l-Għajn il-Kbira, l-Għajn ta’ Bendu, ix-xelter tal-Gwerra u l-fanali li hemm fi Pjazza l-Għejjun jkunu jistgħu jiġu mdawwlin b’photovoltaic system.
(d) Il-Kunsill applika għal skema maħruġa apposta għal-Lokalijiet bi Bżonnijiet Speċjali. Fl-applikazzjoni, il-Kunsill ta’ diversi raġunijiet għalfejn għandna ningħataw fondi taħt din l-iskema.
|
27 ta’ Jannar 2010 Is-Sindku flimkien mal-Engineer Renzo Curmi żaru Pjazza l-Għejjun fejn ser ikun propost li jsir sistema ta’ enerġija alternattiva għall-għejjun u l-inħawi. |
24 ta’ Jannar 2010 Saret il-laqgħa annwali tal-lokalita’ fis-Sala tal-Komunita’. Attendew 5 persuni flimkien mall-membri kollha tal-Kunsill u s-Segretarju Eżekuttiv. Saret preżentazzjoni mis-Sindku u wara l-membri tal-pubbliku preżenti resqu l-ilmenti u s-suġġerimenti tagħhom. |
21 u 22 ta’ Jannar 2010 Għat-tieni darba fi żmien 10 gimgħat sar it-tqassim ta’ pakkett ta’ 10 boroz tal-plastic totally degradable lil kull residenza tal-Fontana. Dan bħala parti mill-kampanja edukattiva’ dwar l-indafa fil-lokalita’. Dan qed isir biex ir-residenti jkomplu jiġu mħeġġa jagħmlu s-separazzjoni tal-iskart li jinġabar kull nhar ta Tlieta. |
15 ta’ Jannar 2010 Twettqu żewġ ilmenti dwar żewġ sinjali tat-traffiku. Twaħħlet mera fi Triq Għajn Tuta, kif ukoll sar sinjal “SLOW” fil-bidu ta Trejqet Dun Gużepp Grima. |
13 ta’ Jannar 2010 Is-Sindku kien preżenti fil-Qorti waqt it-trattazjoni tal-kawża
kontra l-kunsill li għamlet Pawla Cassar dwar Roadhump fi Triq il-Għajn.
Is-Sindku reġa telgħa jixhed fil-kawza ta’
Anthony Cassar kontra l-Kummissjoni tal-Artijiet dwar l-iżgumbrament tal-fond 189, 190 fi Triq il-Għajn, fejn hu ppjanat li
tinbena t-tieni fażi taċ-Ċentru Ċiviku. |
10 ta’ Jannar 2010 Is-Sindku, il-Viċi Sindku, l-Kunsilliera Victor Cefai u Horace
Micallef, flimkiem mas-Segretarju Eżekuttiv, attendew għal-pussess tal-Kappillan il-ġdid, Fr. Joseph Bajada. |
9 ta’ Jannar 2010 Waqt xandira ta program televiżiv fuq TVM ġie mħabbar li
l-Kunsill Lokali Fontana ġie fit-tielet post flimkien mal-Kunsilli Lokali ta’ Santa Lucija u l-Imdina fil-kompetizzjoni
tal-Green Challenge Award. Il-Kunsill ingħata €5,000 bħala premju. |
8 ta’ Jannar 2010 Is-Sindku u s-Segretarju Eżekuttiv attendaw seminar dwar
il-Konsolidazzjoni tal-Liġi tal-Kunsilli Lokali li saret fil-kunsill lokali ta’ Birkirkara. Din ġiet indirizzata fost
l-oħrajn mid-Direttur tal-Gvern Lokali, is-Sur Natalino Attard, u s-Segretarju Parlamentari Dr Chris Said li hu responsabli
mill-Kunsilli Lokali.
Sar l-iżgombrament tal-fond No. 191 fi Triq il-Għajn mid-Dipartiment tal-Artijiet. Dan
il-fond ilu diversi snin mitlub mill-Kunsill għat-tieni fażi taċ-Ċentru Ċiviku. |
5 ta’ Jannar 2010 Is-Sindku flimkien mal-Engineer Mario Galea żar il-postijiet
fejn ġie propost li jsiru fanali u floodlights tal-Għejun b’sistema solari. Dan hu propost li jitħallas mill-Ministeru
għal Ghawdex.
Saret ukoll żjara fl-ewwel fażi taċ-Ċentru Ċiviku fejn hu propost li ssir is-sistema ta’ enerġija
alternattiva permezz ta’ sistema photovoltaic.
Is-Sindku u l-kunsilliera Victor Cefai u Horace Micallef, flimkien
mas-Segretarju Eżekuttiv Karl Vella attendaw għar-recording tal-programm dwar il-kompetizzjoni Green Challenge Award u
Local Enterprise Award. Dan sar fl-istudio tal-kumpanija ‘Where’s Everybody’ f’Ħal Qormi. |
4 ta’ Jannar 2010
Beda fil-kariga ta Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali Fontana is-Sur Karl Vella. Nawgurawlu ħidma fejjieda b’risq ir-residenti tal-Fontana. |
16 ta’ Dicembru 2009 Is-Sindku attenda ghal laqgha tas-Sindki Ghawdxin li saret mill-President Regjonali Dr. Samuel Azzopardi fil-“Banca Giuratale”. |
14 ta’ Dicembru 2009 Sar l-iffirmjar mill-kumpanija “Where’s Everybody” tal-progetti li l-Kunsill qed jikkompeti bihom ghal “Green Challenge Award”. |
7 ta’ Dicembru 2009 Is-Sindku attenda ghall laqgha mal-Green M.T. li saret fil-Lukanda Calypso dwar il-gbir tal-iskart separat. Saret prezentazzjoni dwar x’qed joffru minn din il-kumpanija. |
7 ta’ Dicembru 2009 Saret il-harga socjo-kulturali ghar-residenti tal-Fontana. Saret quddiesa fil-Kolleggjata ta’ Bormla fejn kienet qed tigi ccelebrata l-festa tal-Kuncizzjoni. Wara kellna hin liberu l-Belt Valletta, zorna wkoll minjatura ta’ knisja fil-Fgura kif ukoll Torri Mamo f’Wied il-Ghajn. Attendew 45 persuna fosthom is-Sindku u l-kunsilliera Victor Cefai u Horace Micallef. |
6 ta’ Dicembru 2009 Is-Sindku attenda ghall attivita’ li saret fis-Sentinella, fic-Cittadella, ma grupp ta’ Sindki minn Calabria. |
3 ta’ Dicembru 2009 Saret il-harga ta’ nofs ta’ nhar f’Ghawdex ghar-residenti tal-Fontana. Zorna il-mithna sotteranja tax-Xlendi. Wara l-Ghadira ta’ San Raflu, l-Muzew tat-“Toys” fix-Xaghra u Marsalforn fejn dawk prezenti gew offruti kafe u “snack” mill-Kunsill. Attendew 50 persuna fosthom is-Sindku u l-kunsilliera Victor Cefai u Horace Micallef. |
2 ta’ Dicembru 2009 Is-Sindku attenda ghac-cerimonja tat-tqassim ta’ fondi specjali li saret fil-Muzew tal-Arkeologija fil-Belt Valletta. Dawn gew ipprezentati mill-Onor Chris Said, Segretarju Parlamentari. Il-Kunsill taghna rcieva €6000 ghar-restawr tal-Ghajn ta’ Bendu. |
1 ta’ Dicembru 2009 Saret b’success l-atttivta’ ta’ Jum il-Fontana. Din bdiet b’quddiesa ta’ radd il-hajr fil-Knisja Parrokkjali. Attenda s-Sindku, l-Vici Sindku u l-Agent Segretarju Ezekuttiv u l-kunsilliera Victor Cefai u Horace Micallef.
Wara tpoggiet kuruna mis-Sindku mal-monument tas-sajjieda.
s-serata tkompliet fis-Sala tal-Komunita’ fejn gie mtella’ programm tal-okkazjoni, bis-sehem tal- “The Gozo Youth and Wind Orchestra”. Hadu sehem ukoll il- kantanti Francesca u Gabrielle Sciberras, Mikaela Bajada u l-Group M-5. Sar diskors tal-okkazjoni mis-Sindku, u wara gie pprezentat it-trofew ta’ Gieh il-Fontana lis-Sinjura Carmen Vella, omm Fr. Lino Vella, ex-Kappillan li kien indispost, flimkien mal-midalja ta’ Gieh il-Fontana.Wara gie pprezentata wkoll il-midalja ta’ Gieh il-Fontana lis-Sur Emanuel Mercieca, zewg il-mejta Carmen Mercieca li nghatat. Ghal din il-prezentazzjoni attenda l-Onor. Anton Refalo. Is-serata ntemmet b’riceviment tal-okkazjoni. Fl-ahhar attenda ghal xi hin l-Onor. Chris Said, minhabba li kellu mpenji governattivi. |
30 ta’ Novembru 2009 Gew ghal zmien temporanju zewg haddiema tal-IPSL biex jirrangaw hitan tas-sejjieh fi Triq ix-Xlendi. |
28 ta’ Novembru 2009 Fl-okkazjoni ta’ Jum il-Fontana saret harga ghat-tfal tal-Fontana organizzata mill-Kunsill. Zorna t-torri tad-Dwejra, kif ukoll il-mithna sotteranja ta’ emergenza fix-Xlendi. Din saret biex jintahan il-qamh. Zorna wkoll il-Kantra tax-Xlendi. Attendew is-Sindku, l-Vici Sindku u l-kunsilliera Victor Cefai u Horace Micallef. Waqt din l-attivita’ inghata taghrif dwar dawn il-postijiet storici minn persuna kkwalifikata. |
28 ta’ Novembru 2009 Sar il-ftuh tal-wirja ta’ artigjanat fis-Sala tal-Kunsill mis-Sindku u mbierka mill-Kappillan Fr. Joe Bajada. Attenda wkoll il-Vici Sindku, u l-Kunsilliera Victor Cefai u Horace Micallef. |
26 ta’ Novembru 2009 Is-Sindku attenda ghall laqgha tas-Sindki Ghawdxin li saret fil-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria dwar il-mizuri tal-Budegt mis-Segretarju Parlamentari Dr Chris Said. |
20 ta’ Novembru 2009 Is-Sindku attenda ghall-attivita li saret fil-Kavallieri ta’ San Gwann fejn tqassmu l-fondi ghal attivitajiet kulturali ghas-sena 2010. Il-Kunsill tal-Fontana ser jiehu €3,500. Din l-iskema hija organizzata mis-Segretarjat Parlamentari ghad-Djalogu u Informazzjoni Pubblika u s-Segretarjat Parlamentari ghat-Turizmu. |
15 ta’ Novembru 2009 Is-Sindku attenda ghal funeral tas-Sur Paul Aquilina ko-ordinatur tal-Kunsilli Lokali tal-Partit Nazzjonalista fil-Knisja Parrokkjali tal-Marsa. |
13 ta’ Novembru 2009 Il-Kunsillier Victor Cefai attenda ghal seminar organizzat mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali dwar il-website l-gdida tad-Dipartiment. Dan sar fil-Kunsill Lokali ta’ Sannat. |
12 ta’ Novembru 2009 Is-Sindku attenda ghal laqgha tas-Sindki Ghawdfxin li saret mill-Prtesident Regjonali Dr. Samuel Azzopardi. Din kienet fl-Ufficcju tal-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria. |
11 ta’ Novembru 2009 Saret harga socjo-kulturali f’Malta organizzata mill-Kunsill. Saret quddiesa fil-Knisja tal-Bahrija fl-okkazjoni tal-festa ta’ San Martin. Wara zorna l-Lidl fiz-Zejtun, Marsaxlokk u l-Imdina fejn zorna l-Muzew tal-Knisja tal-Karmnu. Attendew 41 persuna fosthom is-Sindku u l-kunsilliera Victor Cefai u Horace Micallef. |
6 u 7 ta’ Novembru 2009 Il-Vici Sindku attenda ghal laqgha tas-Sindki u Vici-Sindki li giet organizzata mill-Assocjazzjoni Kunsilli Lokali, f’”The Palace” f’Tas-Sliema. |
5 ta’ Novembru 2009 Sar bukkett fjuri fl-okkazjoni tal-funeral tal-kunsillier Anton Camilleri li kien membru tal-Kunsill Lokali tal-Qala. Dan twassal mill-kunsillier Horace Micallef li attenda ghal funeral. |
5 ta’ Novembru 2009 Ghat-tieni sena konsekuttiva saret it-Tilqima tal-influwenza fis-Sala tal-Komunita’. Attendew 31 persuna. Ha hsieb din l-inizjattiva l-Kunsillier Victor Cefai. |
2 ta’ Novembru, 2009 Is-Sindku attenda ghall-laqgha li giet organizzata mis-Segretarjat Parlamentari ghad-Djalogu Pubbliku u Informazzjoni ma 90 Sindki Francizi. |
30 ta’ Ottubru 2009 Giet ipprezentata mis-Sindku l-applikazzjoni ghal fondi ghal attivitajiet sportivi organizzati mill-Kunsill. Saret applikazzjoni biex issir attivita’ sportiva fil-21, 22 ta’ Awwissu 2010, fix-Xlendi. |
29 ta’ Ottubru 2009 Saret l-attivita’ dwar kampanja edukattiva dwar l-indafa fil-Fontana. Din kienet success u saret fis-Sala tal-Komunita’. Matul din l-attivita tqassmu basket tac-carruta, pakkett boroz “totally degradable” u fuljett dwar il-kampanja edukattiva. Kien prezenti l-Onor. Segretarju Parlamentari Dr. Chris Said, fejn ghamel diskors tal-okkazjoni u kif ukoll mis-Sindku. Attendew wkoll il-Vici-Sindku, u l-Kunsilliera Victor Cefai u Horace Micallef. |
22 ta’ Ottubru 2009 Is-Sindku attenda ghall laqgha ghas-Sindki Ghawdxin fic-Centru tal-Arti fic-Cittadella mas-Sur Kevin Sciberras mid-Dipartiment tal-Kultura fil-Ministeru ghall Ghawdex dwar programm ta’ attivitajiet kulturali ghall Ghawdex. |
17 ta’ Ottubru 2009 Beda jinfetah l-Ufficcju tal-Kunsill nhar ta’ Sibt bejn it-8.00a.m. u 11.30a.m. |
16 ta’ Ottubru 2009 Inzammet laqgha ghar-residenti tal-Fontana dwar il-programm “Leader” tal-Unjoni Ewropeja fis-sala tal-Komunita’ Attendew is-Sindku, l-Vici Sindku u l-Kunsilliera Victor Cefai u Hoarce Micallef flimkien mal-Agent Segretarju Ezekuttiv. |
13 ta’ Ottubru 2009 Is-Sindku attenda ghal konferenza tal-ahbarijiet li nzammet fl-Atrium fil-Kavallier ta’ San Gakbu. Din saret mill-Ministru tal-Finanzi, Tonio Fenech u s-Segretarju Parlamentari Dr. Chris Said, fejn thabbru l-finalisti tal-Local Enterprise Award u l-Green Challenge Award. Il-Kunsill tal-Fontana huwa wiehed fost l-ghaxar finalisti tal-Green Challenge Award. |
3 ta’ Ottubru 2009 Saret harga socjo-kulturali f’Malta fl-okkazjoni tan-Notte Bianca. Attendew 42 persuna fosthom is-Sindku u l-Kunsillier Victor Cefai. |
28 ta’ Settembru 2009 Is-Sindku attenda ghal laqgha ta’ kull xahar ma’ l-Ispetturi tal-pulizija Josric Mifsud u Frank Tabone. Sar rapport, wkoll, lil pulizija dwar vandalizmu fid-dawl tat-tarag ta’ l-ewwel fazi tac-Centru Civiku. |
27 ta’ Settembru 2009 Is-Sindku attenda laqgha fil-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria dwar il-fond, “The Malta Assets Fund”. |
26 ta’ Settembru 2009 Is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Chris Said ta konferenza ta’ l-ahbarijiet fil-Belvedere ta’ Triq ta’ Mulejja dwar l-efficjenza tal-Kunsilli Lokali, fejn ghal sena konseduttiva u ghar-raba’ darba mit-twaqqif tal-Kunsilli gejna l-ewwel f’Malta u Ghawdex. Attenda s-Sindku, l-Vici Sindku u l-Kunsilliera Lorry Apap, u Victor Cefai, flimkien ma l-Agent Segretarju Ezekuttiv. |
24 ta’ Settembru 2009 Is-Sindku attenda ghal-laqgha tal-Kumitat tal-MCESD ghal Ghawdex fejn kien diskuss il-“Gozo Product”. Din saret fil-lukanda Calypso f’Marsalforn u giet indirizzata ukoll mill-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari. |
22 ta’ Settembru 2009 Is-Sindku attenda ghal laqgha organizzata mill-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fil-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara dwar il-finanzjament tat-tariffi tar-rimi ta’ l-iskart fil-“landfill” li ser jibda mill-1 ta’ Ottubru 2009. Indirizza din il-laqgha ukoll l-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari. |
18 ta’ Settembru 2009 Twahhlet “Road Hump” fi Triq Ghajn Tuta. |
17 ta’ Settembru 2009 Il-Kunsill ta l-Awguri tieghu lil-Francesca Schembri li flimkien ma Michela Bajada rebhu l “Junior Eurovision Song Contest” u ser jiraprezentaw lil Malta fl-Ukrajina f’Novembru li gej. |
15 ta’ Settembru 2009 Is-Sindku pprezenta l-applikazzjoni skond Memo 48/2009 ghal-Fondi Specjali lil-Kunsill Lokali. Saret l-applikazzjoni ghal erba’ progetti: Restawr tal-Ghajn ta’ Bendu, Bankina gdida fit-Triq ta’ Mulejja hdejn il-playing field, Sistema photovoltaic ghal l-ewwel fazi tac-Centru Civiku, u Sistema gdida tad-dawl “Energy Saving and Environmental Friendly” fi Triq il-Qalb ta’ Gesu’. |
11 ta’ Settembru 2009 Is-Sindku pprezenta l-applikazzjoni ghal-attivitajiet kulturali tas-Sagra ta’ Sant’ Indrija tal-2010 skond Memo42/2009, fid-Dipartiment tal-Gvern Lokali Il-Belt Valletta. Il-Kunsill applika ghal €20,000 ghal-attivita fuq tlett ijiem. |
9 ta’ Settembru 2009 Is-Sindku attenda ghal-laqgha tas-Sindki Maltin u Ghawdxin li saret mal- President tar-Repubblika Dr.George Abela fil-Palazz ta’ Verdala, Buskett. |
8 ta’ Settembru 2009 Thabbret in-nomina ta’ Fr.Joe Bajada bhala d-disa’ Kappillan tal-Fontana. Nawgurawlu hidma fejjieda u nirringrazzjaw lil Fr.Alex Refalo li ghal dawn l-ahhar sena u nofs kien Amministratur Parrokkjali. |
7 ta’ Settembru 2009 Is-Sindku attenda ghall-okazzjoni ta’ tqassim ta’ fondi ghal-lokalitajiet bi bzonnijiet specjali li saret f’Palazzo De La Salle Valletta. Il-Kunsill ikwalifika ghall €14,000 ghal-aplikazzjoni li kien ghamel f’Mejju 2009. Dawn gew iprezentati mis-Segretarju Parlamentari Dr.Chris Said. |
5 ta’ Settembru 2009 Il-Kunsillier Horace Micallef attenda ghall-Laqgha Plenarja tal-Kunsilliera, organizzata mill-AKLM, Fil-New Dolmen Hotel, Bugibba |
2 ta’ Settembru 2009 Il-Kunsill gie nfurmat mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex jitlob il-process ghal-hatra ta’ Segretsarju Ezekuttiv. |
1 ta’ Settembru 2009 Il-Kunsill gie nfurmat mil-Bond ta’ l-Evalwazzjoni dwar l-Iskema ta’ Energija Alternattiva li ser jinghata €5,000 ohra biex isir il-progett ta’ sistema “photo voltaic” ghall-ewwel fazi tac-Centru Civiku. Dan il- Bond gie offrut €4,800 ohra. |